• Iddispjaċiehom li Għamlu l-Abort

    L-Orizzont  –  It-Tlieta – 1-9-2020  

    minn Tony Mifsud, Koordinatur, Malta Unborn Child Platform

    Nancy Flanders ta’ Live Action fil-USA tgħid li  bħala soċjetà qegħdin inkunu bombardati il-ħin kollu bi kliem favur l-abort u li f’certi cirkostanzi l-abort huwa bżonnjuż. L-abort m’hu qatt ħaġa tajba. Tkun qed toqtol tarbija fil-ġuf u tħalli omm għal għomorha kollu bir-rimors li kienet hi stess li neħħiet il-ħajja tat-tarbija fil-ġuf tagħha. Hawn qed jinġiebu d-dispjaciri ta’ seba’ ommijiet li għamlu l-abort. 

    Lori Nerad li kienet president nazzjonali ta’ għaqda ta’ nisa li għamlu l-abort tgħid: ”Ġimagħtejn wara li għamilt abort erġajt bdejt inħoss l-uġigħ tat-tqala u  mort, bi tbatija, fil-kamra tal-banju. Hemmhekk, b’żewġi ħdejja, neħħejt biċċa mit-tarbija li kont abortejt li t-tabib li għamilli l-abort kien ħalla ġewwa. Kienet ras it-tarbija tiegħi. Illum inqum bil-lejl u dejjem jidhirli li qed nisma’ t-tarbija tiegħi tibki. Għadni sal-lum noħlom ikrah li qed niġi mġiegħla nara lit-tarbija tiegħi qed tiġi mqattgħa biċċiet quddiem għajnejja. Illum ma nistax ngħaddi mingħajr it-tarbija tiegħi. Inqum ta’ spiss inkun irrid innaddaf u nlibbes it-tarbija tiegħi u nħaddanha miegħi.”  

    Ashley Granger, miżżewġa u omm tgħid:  “Illum li ibni għandu erba’ snin kultant inħares lejn wiċċu sabiħ u nibda nimmaġina x’fattezzi kien ikollha it-tarbija l-oħra tiegħi. Illum għadni noħlom li qed inżomm it- tarbija f’idejja u tagħmilni verament qalbi sewda naħseb li lil ibni ċaħħadtu minn oħtu jew ħuh. Forsi tgħiduli għaliex ma terġax tipprova toħroġ tqila. Kieku jien hekk nixtieq imma żewġi u jien ilna nippruvaw  nerġgħu nikkonċepixxu tarbija għal sentejn u nofs sħaħ. Qatt ma kont nobsor li mhux se nkun nista’ nerġa’ nwelled tarbija meta inkun irrid jien. Meta nħares lura nara li l-abort mhix soluzzjoni ħafifa jew u lanqas ma hija soluzzjoni. L-abort huwa l-problema.” 

    Katrina Fernandez kittieba tgħid:  “Jien qtilt tnejn minn uliedi. Sraqt lill-ġenituri tiegħi min-neputijiet tagħhom u qtilt l-aħwa ta’ ibni. Dawn l-aborti ikkawżawli direttament kondizzjoni li jgħidulha “incompetent cervix” li wasslet biex meta erġajt ħriġt tqila erġajt wellidt ħafna qabel iż-żmien tant li ibni miet ġimgħa wara, b’ħafna tbatija għalih. It-tbatija li għaddejt minnha u li jien stess ikkaġunajt lil ħaddieħor hija bla qies, u s-sens ta’ ħtija kważi wassalni nagħmel suwiċidju.” 

    Beatrice Fedor Membru tal-Kampanja “Silent no More” iżżid: ”Neħħejt it-tarbija tiegħi billi ifflaxxjajtha fit-toilet. Għalija kienet xi ħaġa tal-biża’.  U xorta bqajt ma ggradwajtx. Ilni dsatax-il sena u bqajt mingħajr ma ggradwajt. Seba snin wara erġajt kont tqila.  Il-missier kellu snin id-doppju tiegħi u kien jabbuza minni. L-abort għalija kien is-soluzzjoni l-ħafifa biex nipproteġi lili nnifsi u lit-tarbija tiegħi mill-abbużi. Għalhekk mort ġo klinika u b’ansjetà kbira raqqduni. Meta qomt, bid-demm nieżel ma’ saqajja, infqajt nibki u ħadd ma seta’ jikkunslani.  Dħalt aktar u aktar f’dipressjoni u f’ħafna ħsibijiet  li nagħmel suwiċidju. 

    Wara li ltqajt mar-raġel li għandi bħalissa kont għadni imweġġgħa.  Meta kont tqila fl-ewwel tarbija tagħna l-aborti li kont għamilt reġgħu telgħu fil-wiċċ u s-sens ta’ ħtija kiber aktar ġo fija. Mort għal counselling u bdejt  inħossni aħjar. ‘Il quddien wasalt biex ħfirt lili nnifsi u sibt il-paċi. L-abort kien jidher għalija bħala l-ħruġ tiegħi minn żewġ kriżijet… imma spiċċa biex kien kwazi kissirni.”  

    Jewels Green li kienet taħdem fi klinika tal-abort tgħid: ”Wara disa’ ġimgħat u nofs tqala għamilt  abort. Kien kważi qatilni. Le, mhux il-procedura kirurġika, imma dak li kont bdejt inħoss wara. Ippruvajt inneħħi ħajti b’idejja tliet darbiet wara li għamilt l-abort u wara spiċċajt f’sala ta’ sptar psikjatriku għal xahar biex nirkupra. Ma kienet ħaġa faċli xejn. Kont nara t-tarbija li kont abortejt f’kull flixkun  li kien ikun fih biċċiet tat-trabi li kienu ġew abortiti.” 

    Abby Johnson li qabel kienet membru ta’ Planned Parenthood, l-akbar industrija tal- abort fil-USA tgħid:  ”Darba, waqt li kont qed insuq, it-tifla tiegħi staqsietni jekk ghadx xi darba tara lil ħutha fil-Ġenna. Staqsejtha x’riedet tgħid biha..bl-akbar onestà…filwaqt li ttamajt li ma kinitx qed titkellem fuq iż-żewg trabi li kont abortejt.  Qalti li hi kienet taf li jien kont abortejt żewġ trabi u riedet tkun taf jekk xi darba kinitx se titlaqa’ ma’ dawn dawn it-trabi għax qaltli: “Kieku taf kemm nimmissjahom.” Qatt ma kienet għaddietli minn rasi li kont se nikkawza tant uġigħ ta’ qalb lil uliedi. Meta għamilt l-aborti qatt ma tajt każ kif dan kien se jaffettwa lil oħrajn. Qatt ma ħsibt kif kien se jaffettwa lil uliedi futuri. Qatt ma ħsibt kif kont se nispjega l-egoiżmu tiegħi lilhom.” 

    Jekk int li qed tgħix f’Malta qed taħseb biex tagħmel abort, jew qiegħda tissielet miegħek innifsek minħabba l-abort li għamilt ikkontattja lil Dar Tgħanniqa t’Omm  Lifeline 2033 0033 il-Mosta jew Dar Ġużeppa Debono, Għawdex, Tel 2155 2595,  żewġ għaqdiet fil-Moviment Favur il-Ħajja Umana mill-Konċepiment.

  • Stqarrija mill-Malta Unborn Child Platform – MUCP 

    1 ta’ Marzu 2022

    Lill-Partiti Politici Maltin – għall-Manifest Elettorali tagħhom 

    Fl-okkażoni tal-Elezzjoni Ġenerali tas-Sibt 26-3-2022 

    Inħarsu l-ewewel ambjent għall-bniedem: il-ġuf

    ——————————————————————-

    1. Madwar  Malta kollha hawn  evidenza ċara li l-poplu Malti qed jaħdem ħafna biex ikun imħares u mtejjeb l-ambjent.

    2. Tajjeb li nirriflettu li l-ewwel ambjent li jsib ruħu fih il-bniedem mhux dak ta’ meta jitwieled. L-ewwel ambjent għall-bniedem huwa l-ġuf tal-omm.  

    3. Dan sar magħruf, u qed jingħad minn ħafna xjenzjati, skulari  u għaqdiet internazzjonali, kif innota l-Malta Unborn Child Platform minn meta twaqqaf fl-2003.

    4. Il-Platform qed jissuġġerixxi lill-partiti politici Maltin li għandhom iwessgħu l-ħarsa tagħhom dwar l-ambjent billi jibdew jinkludu wkoll  l-ewwel ambjent għall-bniedem, jiġifieri l-ġuf tal-omm.  Għandhom jimxu ukoll biex jibda jkollna politika nazzjonali dwar l-Ekoloġija tal-Ġuf. Il-partiti politiċi għandhom jibdew idaħħlu l-Ekoloġija tal-Ġuf fil-“policies” tagħhom u anki fil-Manifest Elettorali tagħhom.

    5. F’Malta hawn pożizzjoni unika li m’hemmx bħalha f’pajjiżi oħra tad-dinja. Iż-żewġ partiti politiċi ewlenin u kwazi l-partii l-oħra kollha jiddikjaraw li huma favur il-ħajja mill-konċepiment u kontra l-abort.  Il-Malta Unborn Child Platform qed jissuġġerixxi, u jagħmel proposta,  biex Malta issir wkoll Ċentru Mediterranju tal-Ekoloġija tal-Ġuf. Il-partiti politici jistgħu jikkontribwixxu ħafna għal dan il-għan kemm meta jkunu fil-gvern u anki meta ma jkunux.

    6. Il-Platform qed jaħdem biex din l-idea issir realtà. Għamel kuntatti ma’ erba għaqdiet internazzjonali dwar il-psikoloġija u l-mediċina ta’ qabel u matul it-tqala li jinsabu l-Ġermanja, l-Iżvizzera, Spanja u l-Istati Uniti tal-Amerika. Tlabna l-kooperazzjoni u l-kollaborazzjoni tagħhom biex din l-idea issir realtà u dawn offrewhielna.  Qegħdin fl-istadju li nsibu l-aħjar mezz kif nikkollaboraw. Dawn l-għaqdiet diġa mxew ħafna fuq l-Ekoloġija tal-Ġuf. Il-motto tagħhom huwa:  “Womb Ecology in World Ecology”.

    7. Teżisti ħafna evidenza xjentifika li l-użu ħażin u l-abbuż tax-xorb alkoħoliku, id-drogi u t-tabakk mill-ġenituri tat-trabi fil-ġuf tal-omm, kemm qabel u, agħar, waqt it-tqala, jagħmlu ħsara fiżika, mentali u emozzjonali lit-tarbija fil-ġuf tal-omm. L-istess ħsara jagħmluha l-emissjonijiet kimiċi u tossiċi li jinbilgħu mill-arja mill-ommijiet u l-missirijiet, u madwar  200 miljun tarbija fil-ġuf tal-omm madwar id-dinja kollha kull sena, inklużi madwar 4000 tarbija fil-ġuf tal-omm, kull sena, fil-Gżejjer Maltin.

    8. Jiġri l-istess meta l-ġenituri tat-trabi fil-ġuf tal-omm jkunu esposti għall-kimiċi u sustanzi tossiċi fuq il-postijiet tax-xogħol.  Ambjent ieħor importanti ħafna.

    9. Din il-ħsara se titkompla jekk ma ssirx kampanja hawn Malta,  u anki mondjali, li tiddikjara li s-saħħa fiżika, mentali u emozzjonali tat-tarbija fil-ġuf tal-omm qed jolqtuha ħafna minn dawn l-effetti negattivi tal-ambjent. Dan kollu qed jaffettwa ħażin ħafna l-fertilità umana mad-dinja kollha, inkluż Malta

    10. L-ISPM, l-Għaqda Internazzjonali għall-Psikologija u l-Medicina ta’ Qabel u Matul it-Tqala, waħda mill-erba’ għaqdiet internazzjonali li qed jaħdem magħhom il-Platform –  li taħdem ħafna fuq l-ewwel fażi tal-iżvilupp uman – tikkonsidra l-ewwel stadji tal-ħajja bħala l-ewwel pożizzjoni ekoloġika tal-bniedem u l-ġuf bħala l-ewwel ambjent ekoloġiku. It-tqala hi meqjusa bħala l-perjodu fejn ikun hemm djalogu attiv u kontinwu bejn t-tarbija fil-ġuf, l-omm u l-ambjent psiko-socjali tagħha.

    11. Teżisti evidenza  xjentifika ukoll li l-qalb tat-tarbija fil-ġuf tħabbat aktar meta  l-omm tkun għaddejja minn stress waqt it-tqala.

    12. Il-Platform huwa kontra l-abort għax iqisu bħala l-qtil deliberat tat-trabi fil-ġuf.

    13. Il-partiti politiċi għandhom ikomplu jżommu l-qagħda tagħhom kontra l-abort minkejja kull pressjoni, tiġi  minn fejn tiġi.  Dan ukoll għax il-maġġoranza kbira ħafna tal-poplu Malti qiegħda turi dejjem li hija kontra l-abort.  Għandhom ukoll isostnu din il-pożizzjoni tagħhom favur il-ħajja u kontra l-abort fil-Manifest Elettorali, fil-letteratura elettorali l-oħra u fid-diskorsi tal-mexxejja.

    14. Għandhom jitkattru aktar u jitjiebu s-servizzi, kemm tal-gvern u kemm tal-għaqdiet voluntarji,  li jingħataw lill-ommijiet li jkunu qed jikkontemplaw jagħmlu l-abort. Dan huwa servizz essenzjali ħafna għan-nisa fis-sitwazzjonijiet diffiċli li jkunu fihom.

    15. Niftakru dejjem li dan huwa ukoll indikat fil-Konvenzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal tan-Nazzjonijiet Uniti maħruġa fl-20 ta’ Novembru 1989, li Malta wkoll iffirmat, li “it-tarbija, minħabba l-immaturità fiżika u mentali tiegħha, teħtieġ salvagwardji u attenzjoni speċjali, inkluż ħarsien legali xieraq, qabelkif ukoll, wara t-twelid.”■

  • The Fertility Crisis is Real – Tony Mifsud

    In 2017, Shanna Swan and her research team made an alarming discovery: western men have experienced a 50 per cent decline in sperm counts over the past 40 years. Shaw is an environmental and reproductive epidemiologist at Mount Sinai Hospital, in New York and the author of the book Count Down.

    Swan’s book unpacked research that revealed how both lifestyle and chemical exposures in our environment are affecting our fertility, sexual development and general health.

    She came to her conclusions after examining 185 studies involving close to 45,000 healthy men. It turned out that our sexual development is changing in broader ways, for both men and women and even other species, and that the modern world is on pace to become an infertile one.

    Her new findings show that environmental chemicals may be blurring gender and affecting sexual preference; a man today has only half the number of sperm his grandfather had; women’s fertility is being affected by EDCs (endocrine-disrupting chemicals) and lifestyle, too – not just men’s.

    Studies are finding correlations between EDC exposure and a rise in miscarriages and birth defects and a decline in egg quality and quantity. EDCs can even affect a baby in utero if exposed during pregnancy.

    Declines in sperm count, testosterone and fertility and increases in testicular cancer and miscarriage rates are all occurring at about the same rate: one per cent per year. And damage from a man’s or pregnant woman’s exposure to problematic chemicals and lifestyle influences can harm the reproductive health of future generations.

    The human species is endangered. With the 50 per cent drop in sperm counts over the past four decades, we may not have the ability to reproduce naturally much longer.

    Putting together personal stories with the latest scientific studies, Swan explains exactly how EDCs and other toxic yet common substances affect human reproduction. And the effects aren’t limited to this generation of newborns; they can be passed down from one generation to the next.

    The author provides practical guidelines for safeguarding our reproductive function from potential exposures, such as ditching plastic water bottles for glass, removing wall-to-wall carpeting and upgrading cookware.

    Count Down is a call for business leaders, policymakers, scientists and consumers to do what they can to safeguard human fertility, the fate of mankind and the planet.

    Swan believes the cause is to be found in the huge rise in toxic chemical exposures in recent decades, especially of chemicals known as ‘endocrine disruptors’ or hormone disruptors. She points to “chemicals that make plastics soft, which are phthalates, or chemicals that make plastics hard, like Bisphenol A, or chemicals that are flame retardants, chemicals that are in Teflon and pesticides”. Pesticides are proven to get into groundwater and the human food chain. 

    Today, the two most widely used pesticides in the world are Roundup, containing the probable carcinogen glyphosate, and Azatrine, which has a lot of adverse effect on health such as tumours, breast, ovarian and uterine cancers as well as leukaemia and lymphoma.

    It is an endocrine-disrupting chemical interrupting regular hormone function and causing birth defects, reproductive tumours and weight loss in amphibians as well as humans.

    A recent study carried out in Australia by researchers at Flinders University found that Roundup killed the cells that produce progesterone in women, causing their levels to drop.

    Roundup and other glyphosate products may be dangerous to humans and may even lead to a cancer.

    Glyphosate and Roundup have been linked to birth defects, reproductive problems and liver disease and have been shown to have the potential to harm the DNA of human umbilical cord, placental and embryonic cells.

    In 2017, there were 5.07 million babies born in the EU while Malta had the lowest fertility rate across the EU.

    On May 24, 2016, then environment minister José Herrera said that “Malta is to vote against the renewal of licences for a controversial herbicide, glyphosate, with potential links to cancer. In the absence of scientific consensus regarding glyphosate, Malta’s original position was to abstain and recommended the possibility of implementing more stringent conditions in the licensing regimes at a national level. The government has decided to further apply the precautionary principle and, therefore, Malta should vote against the renewal of such licences”.

    Those were the words of a wise government minister.

    As from this year, Malta is banning the sale of various single-use plastic products. Environment Minister Aaron Farrugia said lately that our law is being enacted “as part of the government’s vision to strengthen our environment, tackle marine pollution and improve the quality of our biodiversity”.

    He should start saying that the government is doing so also, specifically, to tackle infertility and to protect the first environment to man: the womb.